Partitarji ta’ Manchester United esprimew ir-rabja tagħhom dwar il-mod kif il-club qed jittratta lil Michael Carrick, fost rapporti li Mauricio Pochettino jista’ jinħatar coach il-ġdid f’Old Trafford.
L-eks goalkeeper, Peter Schmeichel, ikkritika wkoll lill-amministrazzjoni tal-United, fejn iddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda ta’ nuqqas ta’ rispett lejn Carrick.
Schmeichel sostna li l-problemi tal-club huma aktar profondi u ma jistgħux jitpoġġew kollha fuq il-coach. Huwa kkritika wkoll id-deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti u argumenta li Carrick kellu jingħata aktar responsabbiltà fit-tisħiħ tal-iskwadra, inkluż fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Id-Daniż saħaq li bidla fil-coach waħedha mhux se ssolvi d-diffikultajiet li ilu jesperjenza l-club.




