It-telfa ta’ 2-1 tal-Arġentina kontra l-Arabja Sawdija fit-Tazza tad-Dinja swiet lil partitarju tal-football $160,000.
Wara li Lionel Messi xeħet lill-Arġentina fil-vantaġġ permezz ta’ penalty, it-team Għarbi dawwar telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 2-1 b’żewġ goals minn Saleh Al-Shehri u Salem Al-Dawsari.
Dan ir-riżultat ġab fi tmiemha sensiela ta’ 36 partita mingħajr telfa għall-Arġentina.
Iżda din it-telfa kienet aktar umiljanti għal partitarji tal-football meta mar jagħmel imħatra li l-Arġentina joħorġu rebbieħa.
L-ammont li lagħab kien dak ta’ $160,000 biex jirbaħ $180,000 meta l-odds kienu ta’ $1.13 … fil-veritá kienet ġennata!!!