Tuesday, May 14, 2024

Lionel Messi jagħmel apoloġija mal-poplu Arġentin

Aqra wkoll

“Hija daqqa ta’ ħarta qawwija … telfa li tweġġa’ … u għaldaqstant irrid nitlob apoloġija f’isem sħabi …. iżda rridu nkomplu jkollna fiduċja fina nfusna,” hekk qal Lionel  Messi wara li l-Arġentina sfaw megħluba mill-Arabja Sawdija bl-iskor ta’ 2-1 minn Grupp C tat-Taza tad-Dinja. 

“Jiena minn dejjem kont konxju li t-team tal-Arabja Sawdija huwa kompost minn players tajbin li huma veloċi speċjalment mal-faxex laterali.

“Ħdimna fuq dan imma ma konniex preċiżi.M’hemmx skużi … iżda se nkunu magħqudin aktar minn qatt qabel. Dan il-grupp huwa b’saħħtu u d-dover tagħna huwa li nikkwalifikaw għar-round li jmiss.” 

L-Albiceleste għandhom żewġ konfronti diffiċli meta jilagħbu kontra l-Messiku u l-Polonja rispettivament. 

Dan huwa l-aħħar ċans għal Messi biex jgħolli t-Tazza tad-Dinja fil-karriera tiegħu biex isir ukoll it-tielet captain Arġentin wara Daniel Passarrella (1978) u Diego Armando Maradona (1986). 

L-aktar li Messi kien viċin kien fl-2014 meta l-Arġentina tilfu l-finali kontra l-Ġermanja bl-iskor ta’ 1-0, b’goal ta’ Mario Goetze. 

“Irridu mmorru lura għall-bażi ta’ min aħna. Irridu naħsbu fuq dak li ġej … iżda fuq kollox irrid nagħmel apoloġija mal-poplu Arġentin,” temm jgħid Messi. 

Sport