Saturday, May 4, 2024

Tibdil fil-votazzjoni fil-Eurovision Song Contest 2023

Aqra wkoll

Fi stqarrija, il-board tal-Eurovision Song Contest ħabbar tibdil kbir ta’ kif se ssir il-votazzjoni s-sena d-dieħla. Dan it-tibdil seħħ minħabba li fl-edizzjoni li għaddiet, liema edizzjoni ntrebħet mill-Ukranja nstab li kien hemm irregolaritajiet fil-votazzjoni.

Mis-sena d-dieħla fis-serata tas-semi finali mhux se jkun hemm ġurija professjonali u allura kull min jgħaddi għall-finali jkun għadda biss bil-vot tal-pubbliku.

Għall-ewwel darba wkoll, pajjiżi li mhux qegħdin jieħdu sehem f’dan il-konkors se jkunu jistgħu jitfgħu l-voti tagħhom.

Dan it-tibdil sar minħabba li fl-aħħar sena ħareġ li fil-konkors li sar f’Turin fl-Italja, sitt membri tal-ġurija partu l-voti tagħhom ma’ ġurija oħra.

Apparti dan instabu wkoll irregolitajiet fil-voti f’Azerbaijan, fil-Georgia, f’Montenegro, fil-Poland, fir-Romania u f’San Marino u skont l-EBU li huma l-organizzaturi qalu li affarijiet bħal dawn qatt ma jistgħux jerġgħu jsiru.

Sport