Sunday, December 22, 2024

Partitarju Skoċċiż jimxiha minn pajjiżu sal-Ġermanja

Aqra wkoll

Kienet avventura mhux tas-soltu għall-partitarju Skoċċiż bl-isem ta’ Craig Ferguson, li għandu 20 sena u jaħdem bħala waiter f’restaurant f’pajjiżu. Hu għamel bravura liema bħalha meta mexa madwar 1000 mil minn Glasgow fejn joqgħod sal-pjazza ta’ Munich fil-Ġermanja.

Huwa għamel din il-mixja twila sabiex jiġbor fondi għall-organizzazzjoni voluntiera Brothers in Arms. Hu qal li ried jagħmel xi ħaġa biex iqajjem kuxjenza dwar is-suwiċidju fost l-irġiel u b’din il-mixja hu ġabar numru sabiħ ta’ flus.

Meta wasal fi Munich, Ferguson sab jilqgħuh numru sabiħ ta’ partitarji fejn hu wasal fil-ħin għal-logħba li Skozja lagħbu kontra l-Ġermanja li sfortunatament għalih tilfu 5-1.

Ekonomija

Sport