Seħħet traġedja fil-futbol Franċiż meta qabel il-logħba bejn Nice u Nantes, partitarju ta’ dawn tal-aħħar safa’ maqtul wara daqqa ta’ mus li qala’ waqt ġlieda li nqalgħet barra mill-grawnd b’Beaujoire.
Ir-raġel ta’ 31 sena ngħata assistenza medika immedjata iżda sfortunatament ma kinitx biżżejjed biex huwa jeħlisha mill-mewt.
Il-logħba ntlagħbet xorta b’Nantes li għelbu lil Nice 1-0 bil-gowl rebbieħ skorjat minn Florent Mollet.
Sadanittant għaddejja investigazzjoni mill-pulizija f’Nantes sabiex jiġi stabbilit x’seta’ ġara eżatt biex l-argument eskala daqstant.