Monday, May 13, 2024

Gianluigi Donnarumma jkompli bil-wirjiet ħżiena ma’ PSG

Aqra wkoll

Il-goalkeeper Taljan Gianluigi Donnarumma xejn m’hu għaddej minn mument tajjeb hekk kif qed jwettaq serje ta’ żbalji li xi kultant qed ikunu fatali. Wara li wettaq xi żbalji fil-logħba kontra Newcastle United, l-eks goalkeeper ta’ AC Milan kien protagonista fin-negattiv fil-logħba kontra Le Havre.

Fil-fatt meta deher li se jinqabad barra minn postu fuq l-attakkant Casimir, Donnarumma waqqgħu sabiex intwera l-karta l-ħamra.

Bosta qed jikkritikaw il-wirjiet ta’ dan il-goalkeeper li mhux qed ikun konsistenti fil-wirjiet tiegħu.

Sport