Saturday, May 18, 2024

Juventus jirrifjutaw offerta ta’ Nottingham Forest għal Federico Gatti

Aqra wkoll

Juventus irrifjutaw offerta ta’ €25 miljun li Nottingham Forest għamlu għad-difensur internazzjonali Taljan, Federico Gatti. Dan tal-aħħar kien protagonist fi tmiem din il-ġimgħa meta skorja l-gowl tar-rebħa fil-ħin mogħti żejjed mir-referee fil-logħba kontra Monza li i Bianconeri rebħu bl-iskor ta’ 2-1.

Gatti kemm-il darba sostna li jinsab għal qalbu ma’ Juventus u jixtieq jagħmel aktar snin f’Turin u jkun il-protagonist tat-tim.

Gatti għandu 25 sena u skorja żewġ gowls fi 30 logħba ma’ Juventus.

Sport