Friday, November 29, 2024

PKF Malta taħtar żewġ imsieħba assoċjati ġodda

Aqra wkoll

PKF Malta reċentement laqgħet żewġ imsieħba assoċjati ġodda fit-tim ta’ tmexxija, bħala parti mill-isforz kontinwu tagħha biex tiżgura firxa varjata ta’ ħiliet u kompetenzi sabiex l-organizzazzjoni dejjem timxi ‘l quddiem.

Dawk maħtura f’din il-pożizzjoni huma Rowen Bonello, Certified Public Accountant b’ċertifikat ta’ prattika fl-awditjar, u Dawn Camilleri Abela, Certified Public Accountant kif ukoll Awditur Reġistrat.

F’kumment dwar il-ħatriet reċenti, Donna Greaves, Audit Partner ta’ PKF Malta, qalet: “Ninsab kuntenta ħafna li nħabbar il-ħatra tal-imsieħba assoċjati ġodda u ninsab kunfidenti fil-kontribut tagħhom biex inwasslu servizz ta’ eċċellenza lill-klijenti, kif ukoll suċċess u tkabbir kontinwu fl-organizzazzjoni tagħna.

Il-ħatra ta’ dawn l-imsieħba assoċjati ġodda hija eżempju ċar tal-impenn tagħna li nagħtu l-valur mistħoqq lit-talent u nrawmu opportunitajiet ta’ tkabbir. Il-preżenza tagħhom issaħħaħ id-dedikazzjoni tagħna biex nipprovdu servizz eċċezzjonali, peress li nemmnu li l-investiment fit-talent u l-iżvilupp, fl-aħħar mill-aħħar, jiddetermina l-kwalità tas-servizzi tagħna.”

Rowen Bonello ingħaqad ma’ PKF Malta bħala intern fl-2013, u wara avvanza għal assistent tal-awditjar u non assurance. Fl-istess ħin huwa kiseb il-kwalifika ACCA. B’għaxar snin ta’ esperjenza professjonali, Bonello bħalissa jmexxi portafoll divers ta’ impenji ta’ awditjar inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni, ditti tal-investiment, kumpaniji tal-iGaming, kif ukoll entitajiet governattivi u NGOs.

Jispeċjalizza wkoll fl-awditjar intern, l-analiżi tal-kost-benefiċċju, il-valutazzjonijiet tan-negozju, u l-ippjanar u l-analiżi finanzjarja. Huwa jsisti li jżomm aġġornat mal-żviluppi ġodda tas-suq u xejriet ewlenin tan-negozju.

Dawn Camilleri Abela bdiet il-vjaġġ tagħha ma’ PKF Malta bħala Deputat Manager tal-Verifika fi Frar 2021. Camilleri Abela għandha Masters fl-Accountancy u Baċċellerat fil-Kummerċ bi speċjalizzazzjoni fil-Kontabilità u l-Marketing mill-Università ta’ Malta.

Apparti r-responsabbiltajiet maniġerjali tagħha, Camilleri Abela għandha rwol attiv fit-taħriġ u l-mentoring tal-ħaddiema fl-awditjar, u tikkultiva kultura ta’ tagħlim kontinwu fi ħdan l-organizzazzjoni.

Fir-rwol tagħha li tissorvelja l-inkarigi tal-awditjar, hija tassumi r-responsabbiltà għal portafoll divers, li jinkludi kemm klijenti lokali kif ukoll barranin. L-approċċ metikoluż tagħha jiżgura l-analiżi bir-reqqa tad-dejta finanzjarja, u hija konsistentement twassal għarfien siewi lill-partijiet interessati, u fehim komprensiv tal-qagħda finanzjarja tagħhom.

PKF Malta hija ditta ewlenija tas-servizzi finanzjarji ddedikata biex tipprovdi soluzzjonijiet komprensivi u mfassla apposta lin-negozji. Appoġġjata minn tim ta’ professjonisti b’esperjenza, PKF Malta toffri servizzi ta’ verifika, taxxa u konsulenza lill-klijenti f’diversi industriji, b’impenn bla waqfien għall-eċċellenza u s-suċċess tal-klijenti.

PKF Malta hija membru ta’ PKF Global, in-netwerk ta’ ditti membri ta’ PKF International Limited.

Sport