Marsaxlokk FC ħabbru li Pasquale Centofanti huwa l-Kowċ tal-Goalkeepers il-ġdid tagħhom.
Fi stqarrija, Marsaxlokk FC qalu li Pasquale jġib miegħu esperjenza kbira, professjonaliżmu u fehim profond tal-logħba moderna tal-goalkeepers.
Huma komplew li l-passjoni tiegħu għall-iżvilupp ta’ goalkeepers ta’ klassi għolja u l-attenzjoni għad-dettall se jkunu ta’ benefiċċju kbir għas-sistema ta’ kowċing tagħhom.
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huma qalu li jistennew bil-ħerqa li jaraw il-goalkeepers tagħhom jikbru taħt il-gwida u t-tmexxija tiegħu.