Friday, April 26, 2024

Pass eqreb għal mediċina kontra l-Covid19

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-ħidma bil-għan li tiġi żviluppata mediċina kontra l-virus Covid-19, wasslet biex sar pass importanti fejn  kollox qiegħed jindika li fi żmien hux il-bogħod id-dinja jista’ jkollha l-ewwel mediċina kontra dan il-virus qerriedi. 

Waqt li għaddejjin diversi riċerki madwar id-dinja, jidher li sar pass importanti minn Sourasky Medical Center, li huwa ċentru mediku f’Tel Aviv f’Iżrael.  Filfatt minn mediċina li dawn żviluppaw, xejn inqas minn 93 fil-mija ta’ pazjenti li kienu f’kundizzjoni serja fl-isptar minħabba l-Covid-19 waslu biex fiequ u nħarġu mill-isptar f’ħames ijiem jew inqas.  Il-pazjenti kienu rikoverati fi sptarijiet Griegi. Dan il-mediċina, kienet fit-tieni fażi tal-ittestjar tagħha.

It-tieni fażi ta’ ittestjar ta’ din il-mediċini ikkonfermaw ir-riżultati tat-testijiet tal-ewwel fażi. It-testijiet tal-ewwel fażi kienu saru f’Iżraell ftit tax-xhur ilu u kienu jinvolvu 30 pazjent. Dakinhar, 29 pazjent kienu irkupraw fi ftit jiem.

Il-Professur Nadir Arber u t-tim tiegħu li jinkludi lil Dr Shiran Shapira, żviluppaw din il-mediċina ibbażata fuq molekula li l-professur kien  ilu jistudja għal dawn l-aħħar 25 sena. Din tissejjaħ CD24 u hija preżenti b’mod naturali fil-ġisem tal-bniedem.

Tobba Maltin jesprimu kawtela

Intant meta mitlubin jikkummentaw minn dan is-sit, diversi tobba f’Malta qalulna li importanti li tintuża l-kawtela, għax s’issa għalkemm saru passi ‘l quddiem għal mediċina kontra l-Covid-19, din għadha mhux ikkonfermata. Tabib li kkummenta magħna qalilna li, “konxju ta’ dak li waslu għalih f’Iżrael. Irridu nistennew imma ftit ieħor sakemm finalment ikollna l-mediċina kontra dan il-virus. Meta dan se jseħħ, mhux ċar, imma mhux se nkun qed ngħid xi sigriet jekk ngħid li t-tama tat-tobba hija li lejn l-aħħar ta’ din is-sena jew il-bidu tas-sena d-dieħla, id-dinja ikollha mediċina effettiva kontra dan l-virus”.

Il-mediċina li ħadmu fuqha f’Iżrael

Il-Professur Arber jgħid li, “hu importanti li wieħed iżomm f’moħħu li 19 minn 20 pazjent bil-COVID-19 m’għandhom bżonn l-ebda terapija”. Jisħaq li imbagħad “li jiġri hu li minn ‘ħamsa sa 12-il jum, madwar 5 fil-mija tal-pazjenti jibdew jiddeterjoraw.” Jenfasizza li l-kawża ewlenija tad-deterjorament kliniku hija attivazzjoni żejda tas-sistema immunitarja. Fil-każ ta ‘pazjenti COVID-19, is-sistema tibda tattakka ċelloli b’saħħithom fil-pulmuni. Il-mediċina li ġiet żviluppata titratta din il-problema.

Is-CD24 hi proteina żgħira li tinsab fiċ-ċelloli tal-bniedem u din għandha diversi funzjonijiet fosthom li tirregola l-mekkaniżmu responsabbli minn attivazzjoni żejda tas-sistema immunitarja. 

Il-mediċina l-ġdida EXO-CD24 ma taffettwax is-sistema immunitarja imma titratta biss mekkaniżmi speċifiċi biex jinstab bilanċ korrett.

Żvilupp ta’ vaċċin orali… dan għandu diversi benefiċċji u joffri aktar protezzjoni

Din il-mediċina issa jonqosha l-aħħar fażi, li mistennija issir fi żmien qasir.  F’din l-aħħar fażi se jkun hemm xejn inqas minn 155 pażjent infettati bil-Covid19 li se jkunu amminsitrati din il-mediċina.  Tnejn minn kull tlieta ta’ dawn il-pażjenti se jingħataw din il-mediċina waqt li terz ieħor jingħatatt placebo. Hu mistenni li sal-aħħar tas-sena din l-aħħar parti tat-testijiet tkun lesta.

Fi kliem dawk wara din il-mediċina, jekk fl-aħħar fażi tal-istudju ikunu konfermati ir-riżultati, dan il-mediċina mistennija tibda tingħata fi żmien qasir

Apparti dan Iżrael mistenni jkun l-ewwel pajiż fid-dinja li jibda jittestja tilqima orali kontra l-Covid19. Din kienet żviluppata minn Oramed Pharmaceuticals. Filfatt sussidjarja tagħha, Oravax Medical għaddejja bi provi kliniċi ta’ din it-tillqima fis-Souasky Medical Center f’Tel Aviv u dan qed isir wara irċeviet approvazzjoni għall-istudju tagħha mill-istess sptar. Oravax jidher li diġa lestiet il-manifattura fl-Ewropa ta’ eluf ta’ kapsuli u li se jintuża fit-testijiet f’Iżrael u f’pajjiżi oħra.

It-teknoloġija ta’ Oramed tista’ tintuża b’mod orali biex tamministra għadd ta’ terapiji ibbażati fuq proteini, u li jingħataw permezz ta’ tilqima.  It-tilqima ta’ Oravax tattakka tlett proteini strutturali tal-Coronavirus, kontra il-waħda. li jattakkaw it-tilqim tal-Moderna u l-Pfizer.

Qed jingħad li din it-tilqima għandha tkun aktar reżistenti għal varjanti tal-Covid19. Vaċċin orali jelemina id-diversi ostakoli marbutin mat-tilqim l-ieħor. Dan għax it-tilqim orali joffru l-opportunità li dak li jkun jista’ jeħodha f’daru.  Vaċċin orali għandu ukoll il-vantaġġ li jista’ jkun maħżun u jinġarr f’temperatura ta’ friġġ normali.

Testijiet fuq il-mediċina Fenofibrate

Intant fl-Istati Uniti għaddejjin studji intensivi f’laboratorji dwar il-mediċina Fenofibrate, fejn instab li din naqqset l-infezzjonijiet mill-Covid19 b’madwar 70 fil-mija.  Ir-riċerkaturi jemmnu li jekk din il-mediċina minn testijiet li qed isiru jinstab li tista’ tintuża kontra l-Covid, din tista’ tnaqqas il-firxa tal-virus u ssalva l-ħajjiet. 

Qed jingħad, u dan minn riċerkaturi  li qed imexxu testijiet fuq din il-mediċina f’Penn Medicine, li din il-mediċina għandha l-abbiltà li timblokka l-virus milli jidħol fiċ-ċelloli u jirreplika ruħu.  Dan prattikament iwassal biex l-infezzjonijiet ma jikbrux. 

Minkejja it-tama li hemm għal dawn l-istudji, l-istess riċerkaturi qed jgħidu li għalkemm ir-riċerka tidher promettenti, għadu kmieni biex isiru ċerti kummenti. 

Sport