Sunday, November 24, 2024

“Pass ieħor biex issir ġustizzja mal-familja tagħna”

Jesper Kristiansen jitpoġġa taħt Att ta’ Akkuża

Aqra wkoll

“Pass ieħor biex issir ġustizzja mal-familja tagħna”. Iddikjarat dan Daniela Pandolfino – oħt Christian Pandolfino, ir-raġel li nqatel flimkien mas-sieħeb tiegħu f’Tas-Sliema f’Awwissu tal-2020. Hija rringrazzjat lil dawk kollha li kienu ta’ għajnuna fil-proċess. Hija qalet li l-familja tinsab ħerqana li jibda l-ġuri biex jingħalaq dan il-kapitlu ikrah li kellhom jgħaddu minnu.

Jesper Kristiansen jitpoġġa taħt Att ta’ Akkuża

Jesper Kristiansen, li jinsab mixli flimkien ma’ żewġ persuni oħra bil-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski f’Awwissu tal-2020, tpoġġa formalment taħt Att ta’ Akkuża u għaldaqstant issa jinsab fil-proċess li jgħaddi ġuri.

Il-vittmi kienu nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar f’darhom fi Triq Locker, f’Tas-Sliema. Żewġt irġiel oħra, Daniel Muka u Viktor Dragomanski, ukoll tpoġġew taħt Att ta’ Akkużat b’rabta ma’ dan il-qtil. 

Waqt is-serqa, Pandolfino intlaqat ħames darbiet f’wiċċu u f’għonqu u miet fuq il-post. Is-sieħeb tiegħu, Maciejowski inqatel b’tir wieħed f’wiċċu. 

L-Avukati Stefano Filletti u Roberto Montalto qed jidhru għal Kristiansen. 

L-Avukat Joe Giglio qed jidher parte civile għall-familjari tal-vitmi. 

Sport