Saturday, December 28, 2024

Pass ieħor ħażin minn Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sliema W. ………1

Gzira U. ………..3

Gzira United kisbu rebħa meritata ta’ 3-1 fuq il-ġirien Sliema Wanderers, biex komplew ikabbru l-problemi tal-Wanderers li jidhru destinati li staġun ieħor jilagħbu fiċ-Challenge League hekk kif jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika u mingħajr l-ebda rebħa.

Kienu huma li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss minuta logħob, azzjoni bejn iż-żewġ akkwisti l-ġodda, Martin Davis u Matteo Piciol­lo, spiċċat b’dan tal-aħħar iġiegħel lill- goalkeeper, Darijan Radelic Zarkov, isalva bi tbatija.

Gzira United wieġbu fit-12-il minuta u rnexxielhom jiftħu l-iskor permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ STEVE PISANI li ma ta l-ebda ċans lil  Timmy Aquilina jsalva.

Huma komplew fuq l-offensiva u sitt minuti wara Maxuell Maia approfitta minn żball ta’ Aquilina li qas­sam il-ballun lill-istess attakkant Brażiljan u permezz ta’ lob delizzjuż xeħet il-ballun fix-xibka.

Fid-29 minuta, Sliema kel­lhom ferħa bla temma meta Jean Paul Farrugia xeħet cross fejn Inters Gui  kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin jintemm fix-xib­ka iżda fuq senjalazzjoni tal-assistent referee l-goal ma ġiex konvalidat minħabba li l-ballun kien qabeż il-linja  qabel Farrugia kien indirizza l-cross.

Fl-40 minuta huma resqu viċin meta l-free-kick ta’ Pablo Morales ġie salvat b’diffikultá minn  Darija Radelic Zarkov.

Fil-65 minuta, Zarkov salva minn fuq il-linja d-daqqa ta’ ras ta’ Farrugia … iżda ħames minuti wara kienu l-Maroons li skorjaw it-tielet goal meta JEFFERSON DE ASSIS avvanza fil-kaxxa u għeleb lil Aquilina.

Fid-79 minuta, ix-xutt tas- Slimiż, Yuki Uchida, ġie salvat minn fuq il-linja minn Marko Cosic.

Peró tliet minuti mit-tmiem JEAN PAUL FARRUGIA kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Pablo Morales biex skorja l-goal ta’ konsolazzjoni.

SLIEMA W.: 1-Timmy Aqui­lina, 3-Juan Pablo Morales Rengifo, 4-Raffaele Schiavi (18-Edmond Agius 78), 6-Gabriel Aquilina (21-Danny Holla 46), 8-Mark Scerri (25-Yuki Uchida 64), 10-Inters Gui (77-Amadou Pape Samb 78), 23-Matteo Piciollo, 30-Jean Paul Farrugia, 61-Myles Beerman, 88-Dejan Vukovic, 91-Martin Davis (19-Jake Engerer 71)   – Coach: Andrea Pisanu

GZIRA U.: 30-Darijan Radelic Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Marko Cosic, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 8-Zachary Scerri, 11-Yuri De Jesus Messias (18-Nasthon Taliana 95), 19-Antonio Pavic, 20-Ne­vin Portelli, 91-Maxuell Maia (17-Clive Gauci 75), 94-Jefferson De Assis (16-Hytem Kabar 95)   – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Alan Ca­milleri, Paul Apap

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: S. Pisani 12, M. Maia 18, J. De Assis 70 (G), J. P. Farrugia 87 (S)

AMMONITI: M. Beerman, M. Scerri, J. Engerer (S), A. Pavic, G. Bohrer Mentz, M. Maia, Y. De Jesus Messias, N. Portelli (G)

Ekonomija

Sport