Wednesday, April 24, 2024

Passi għal aktar sigurtà minn għadd ta’ Kunsilli Lokali

... L-aktar li ġew approvati huma CCTV cameras

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Is-sigurtà fil-lokalitajiet hija ta’ importanza kbira għar-residenti u għal dan il-għan il-Gvern, barra miżuri u inizjattivi oħra, ħareġ bl-iskema “Komunitajiet iktar siguri u organizzati” li permezz tagħha l-Kunsilli Lokali setgħu jagħmlu talbiet relatati. Min-naħa tagħhom il-Kunsilli laqgħu din l-inizjattiva bl-akbar ammont ta’ applikazzjonijiet approvati jkunu għal CCTVs cameras, apparat li jissorvelja permezz ta’ cameras apposta.

Dwar din l-iskema varata mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, il-Ministru Owen Bonnici ta dettalji ta’ liema Kunsilli Lokali applikaw u x’kienu l-inizjattivi approvati. Total ta’ 37 Kunsill minn Malta u Għawdex daħlu għal din l-iskema.

Dawn kienu ta’ Birkirkara, Ħal Lija, Pembroke, Swieqi, il-Belt Valletta; il-Birgu; Fgura; Ħal Tarxien; Ħal Għaxaq; Ħamrun; Santa Luċija; Santa Venera; Ħaż-Żebbuġ; is-Siġġiewi; Ħad-Dingli; il-Qrendi; ir-Rabat; il-Fontana; Għajnsielem; l-Għarb; l-Għasri; Ta’ Kerċem/Santa Luċija; il-Munxar/Xlendi; in-Nadur; il-Qala; San Lawrenz; Ta’ Sannat; ix-Xewkija; iż-Żebbuġ; San Ġwann; Ħ’Attardl Ħal Balzan; il-Mellieħa; l-Imġarr u l-Mosta.

L-akbar ammont ta’ applikazzjonijiet approvati huma dawk għal CCTV cameras f’postijiet strateġiċi bħalma huma toroq, ċentri ċiviċi, ġonna, playing fields u spazji miftuħa. L-unika Kunsilli li ma jirriżutawx li taħt din l-iskema se jieħdu CCTV huma dawk tas-Swieqi, il-Fgura, il-Ħamrun, Santa Venera, is-Siġġiewi u l-Mosta.

Applikazzjonijiet taħt din l-iskema inkludew ukoll sezzjonijiet informattivi mill-Kunsill tas-Swieqi; pjattaformi diġitali minn dak tal-Ħamrun; e-bikes mill-Kunsilli tal-Fgura, tas-Siġġiewi, tal-Imġarr u l-Mosta fejn dawn tal-aħħar talbu wkoll barriers; tneħħija ta’ oġġetti u rmunkar ta’ vetturi (Santa Venera); u sinjali tal-ġbir tal-iskart mill-Kunsill ta’ San Ġwann.

Il-Ministru Owen Bonnici ta’ dawn id-dettalji għal mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-deputat tal-PN, Graziella Galea.

Sport