Monday, May 13, 2024

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey tkompli tinvesti f’aktar korsijiet

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey kompliet tinvesti f’aktar korsijiet għall-membri tagħha meta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar l-ewwel kors tal-livell 1 li hu rikonoxxut mill-EuroHockey u l-Federazzjoni Internazzjonali ta’ dan l-isport u li hu parti mill-proġett Coaching Pathway.

Dan il- kors sar fis-sala tal-kumpless tal-Hockey f’Kordin u li tmexxa mill-kowċ Olandiża Helen Lejeune. Din tal-aħħar għandha esperjenza vasta u kienet ukoll parti mit-tim Olimpiku tal-Olanda fil-passat.

Tlettax-il parteċipant attendew għal dan il-kors li kien maqsum fi tlett ijiem u wara xi assessjar li sar kollha rnexxielhom jiksbu ċ-ċertifikat meħtieġ.

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey qalet li se tkompli tinvesti f’aktar korsijiet sabiex ikun hawn iktar coaches kwalifikati u tissaħħaħ l-istruttura professjonali f’dan l-isport.

Dan il-kors isegwi dak li sar f’Ottubru li għadda fil- programm bl-isem ta’ Coaching Pathway kif ukoll dak li sar riċentement għall-umpires.

Sport