Saturday, November 23, 2024

Passiġġier f’karozza bid-droga jixhed fil-magħluq

Aqra wkoll

Passiġġier li kien ġo karozza meta l-Pulizija għamlet rejd fuqha għad-droga xehed bil-mgħaluq fil-kumpilazzjoni kontra ż-żagħżugħ li qed jiġi mixli bil-pussess tad-droga li nstabet kemm fiha kif ukoll f’garaxx.

Meta sar ir-rejd il-passiġġier kien qal lill-Pulizija li huwa kien fil-karozza ma’ Cliven Mallia, iż-żagħżugħ ta’ 22 sena minn Santa Venera mixli bil-pussess tad-droga kannabis.

Mallia qed jiġi akkużat li kellu 10 grammi kannabis fil-karozza u 750 gramma oħra ġo garaxx f’Ħal Balzan f’rejd li fih il-Pulizija sabu wkoll madwar €3,000 fi flus kontanti.

Fi tmiem is-seduta l-Maġistrat Neville Camilleri tah il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €3,000, garanzija personali ta’ €10,000 u bil-kundizzjoni li jiffirma kuljum f’għassa tal-Pulizija.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Jonathan Cassar waqt li l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qed jiddefendu liż-żagħżugħ li jaħdem bħala xufier.

Sport