Thursday, July 23, 2026
Home Aktar Passiġġier fuq mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza

Passiġġier fuq mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza

0
644

Raġel ta’ nazzjonalità Kolombjana ta’ 24 sena li kien passiġġier fuq mutur sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li inċident bejn mutur u karozza fi Triq ix-Xatt tal-Gżira.

Jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi lil vettura tat-tip Citroen Dispatch misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti Santa Venera u mutur tat-tip Yamaha YP250 misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti Tas-Sliema.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lis-sewwieq tal-mutur u lill-passiġġier li kien miegħu. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal katar kura fejn aktar tard is-sewwieq tal-mutur irriżulta li kien qed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġier kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.