Sunday, December 22, 2024

Passiġġier iweġġa’ gravi wara li sewwieq tilef il-kontroll f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-2:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar irriżuta li żagħżugħ ta’ 24 sena għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Toyota Corolla li kien qiegħed isuq u ħabat f’mutur li kien ipparkjat. Miegħu fil-karozza kien hemm raġel Żejtuni ta’ 35 sena.

Filwaqt li s-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi, tim mediku assista lill-passiġġier u permezz t’ambulanza li ssejħet fuq il-post, huwa seta’ jittieħed l-isptar. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport