Wednesday, December 25, 2024

Passiġġiera ta’ mutur tiddaħħal l-Isptar wara inċident fin-Naxxar

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-3:45 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq is-Salini fin-Naxxar.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Honda 125 misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar u karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar. Fuq il-mutur kien hemm riekba mara ta’ 40 sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

Kawża ta’ dan l-inċident it-triq kellha tingħalaq kompletament għat-traffiku għal xi ħin iżda issa jidher li nfetħet għat-traffiku.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport