Tuesday, May 21, 2024

Jingħata l-bidu għall-kampjonat Assikura b’sitt heats

Kenneth Vella

Aqra wkoll

It-tielet laqgħa tas-sena li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa ngħata l-bidu għall-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold. Dan permezz ta’ sitt heats fuq distanza ta’ 2140m. Dawn għamlu parti mit-tielet laqgħa tas-sena fuq ħdax -il tiġrija tat-trott. Barra dawn il-heats spikkat ukoll tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet minn Thai Eros misjuq minn Nathaniel Barbara. 

Ħdax -il żiemel ipparteċipaw fit-tiġrija Premier. Elixir Du Bocage (Charles Camilleri) kien l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Whothehillareyou (Tony Demanuele) u Diza Du Courtille (Ivan Stivala). Madankollu f’nofs id-dritta finali iż-żiemel ta’ Camilleri beda jnaqqas mill-ġiri u ftit qabel il-linja finali nqabeż min Norveġiż Thai Eros ta’ Nathaniel Barbara. Diza Du Courtille temm it-tielet minn Djembe Du Pont (Dylan Baldacchino). Ghal Thai Eros din kienet it-tieni rebħa f’Malta. 

Mis-sitt heats tal-klassi Gold, 36 żiemel għamluha għas-semifinali. Dawn intrebħu minn Classic d’Urzy (Noel Baldacchino), Firejack De Viette (Cailin Borg), Cruise (Paul Galea), Etna Du Lupin (Rodney Gatt) u Elorn (Charles Camilleri). 

Thai Eros jirbah fil-klassi Premier

Matul din il-laqgħa ġew premjati Rodney Gatt bħala l-aħjar sewwieq tal-istaġun li għadda, Cherise Farrugia bħala l-aħjar sewwieqa żgħażugħa u Steven Ciangura, is-sid taż-żiemel Crack Money li temm l-aktar wieħed konsistenti fl-2023. Il-preżentazzjoni tmexxiet miċ-chairman tal-Malta Racing Club Anthony Mifsud. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Ideal Pierji (J. Gafa’) Ħin – 3.23.6” (1.17.1”) 2. Isseo De Nappes (R. Gatt) 3. Jaguar Des Caux (J.C. Pace) 4. Isaiah Favardy (D. Cortis) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Himitri Star (J. Spiteri) Ħin – 3.29.1” (1.19.2”) 2. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 3. Fleur De Blay (P. Galea) 4. Ficelujando (C. Magro) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Luan Amor V.S. (C. Camilleri) Ħin – 3.24.3” (1.17.4”) 2. Forever Ice (N. Barbara) 3. Atout De Montbrun (R. Gatt) 4. Guarda (M. Mifsud) 

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Classic d’Urzy (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Bicetre (C. Calleja) 3. Quite E. Wood (J.P. Farrugia) 4. Dream Turgot (L. Ghigo) 5. Liam Dana (J.C. Pace) 6. Cristal Pierji (G. Attard)  

V Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Firejack De Viette (C. Borg) Ħin – 2.40.8” (1.15.1”) 2. Boston Wise L (P. Galea) 3. Vangiskan Scott (L. Zammit) 4. Caucasien (N. Baldacchino) 5. Durga Des Valerins (Cherise Farrugia) 6. Come Back (J. Tabone) 

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Concerto Star (J. Zammit) Ħin – 2.40.5” (1.15” 2. Zidane D.E. (Ch. Grech) 3. Filou Star (D. Gatt) 4. Durfan (J.C. Pace) 5. Epihane (N. Azzopardi) 6. Coeur De Loup (L. Frendo) 

VII Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Cruise (P. Galea) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Hopeusteponalego (N. Baldacchino) 3. Moon Zappa (J. Gafa’) 4. Dzarof De Guez (C. Refalo) 5. Flash De Celland (D. Ellul) 6. Fairplay Du Vivier (L. Ghigo) 

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Etna Du Lupin (R. Gatt) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Defi Orageux (C. Gerada) 3. Mac Smily (P. Galea) 4. Dreams Happen (J. Gafa’) 5. Dunbar (R. Magro) 6. Viking’s Topline (E. Bondin) 

IX Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Elorn (C. Camilleri) Ħin – 2.39.6” (1.14.6”) 2. Chemsak Vedaquais (P. Galea) 3. Shining Armor (R. Gatt) 4. Padron Kloster (J. Attard) 5. Fighter Dancer (C. Vassallo) 6. Baladin Du Reynard (N. Baldacchino) 

X Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Thai Eros (N. Barbara) Ħin – 3.25.3” (1.17.8”) 2. Elixir Du Bocage (C. Camilleri) 3. Diza Du Courtille (I. Stivala) 4. Djembe Du Pont (D. Baldacchino) 

XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Half Tege (P. Spiteri) Ħin – 3.26.2” (1.18.1”) 2. Carlos Du Garabin (J. Azzopardi) 3. Global Tuxedo (J. Zahra) 4. Fiasco Du Gaultier (J. Carabott) 

Sport