Saturday, November 23, 2024

Passiġġieri Maltin se jitħallew jidħlu f’Ċipru; Jinħtieġu biss ċertifikat mediku li ttestjaw negattiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

Ċipru se jkun qed jiftaħ l-ajruporti tiegħu għal titjiriet kummerċjali mid-9 ta’ Ġunju. Dan wara kważi tliet xhur ta’ lockdown. Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport Ċiprijott Yiannis Karousos aktar kmieni llum.

Madankollu Ċipru se jkun qed jilqa’ passiġġieri minn madwar 20 pajjiż, bir-Renju Unit u r-Russja, żewġ pajjiżi li jammontaw għal madwar terz tat-turiżmu Ċiprijott, ma jkunux f’din il-lista inizjali.

Wara din l-ewwel fażi, il-Ministru ħabbar li mistenni li jiftaħ l-ajruport għal aktar titjiriet kummerċjali minn pajjiżi oħrajn.

Fl-ewwel fażi, passiġġieri jridu jkunu ttestjaw negattivi għall-coronavirus sa 72 siegħa qabel il-wasla tagħhom f’Ċipru. Għal dan huma jkunu jridu jippreżentaw ċertifikat mediku.

Residenti Ċiprijotti jkunu sottomessi għal test mal-wasla tagħhom mill-ġdid lura f’pajjiżhom, u apparti dan ikun meħtieġ li joqogħdu f’iżolament.

Karousos qal li titjiriet kummerċjali minn pajjiżi li mhumiex inklużi fil-lista mhux se jkunu qed jitħallew jinżlu fl-ajruport, sakemm ma jkunux titjiriet ta’ ripatrijazzjoni għal residenti Ċiprijotti.

Is-setur turistiku jikkontrobwixxi għal madwar 15% tal-Prodott Domestiku Gross Ċiprijott.

Sport