Friday, November 15, 2024

Passiġġieri ta’ linja tal-ajru Indjana maqbuda għal sigħat sħaħ fuq l-ajruplan wara attakk minn hackers

Aqra wkoll

Għexieren ta’ passiġġieri tal-linja tal-ajru Indjana SpiceJet spiċċaw maqbuda fuq l-ajruplani għal sigħat twal wara li allegatament is-sistemi ta’ din il-kumpanija sfaw attakkati minn hackers. Kawża ta’ dan l-attakk online, numru ta’ titjiriet kellhom jiġu posposti. 

Il-passiġġieri affettwati, permezz ta’ kummenti fuq il-midja soċjali, qalu li huma damu sigħat sħaħ jistennew fuq l-ajruplan mingħajr ma ngħataw raġuni xierqa min-naħa tal-ħaddiema tal-kum­panija. Għadd ta’ passiġġieri gergru mill-ħaddiema ta’ din il-kumpanija hekk kif skonthom dawn “għebu” u ħallewhom hemm waħedhom għal sigħat sħaħ mingħajr ikel u ilma. 

Il-ġimgħa li għaddiet, numru ta’ titjiriet ta’ din l-istess kumpanija ma tħallewx joperaw u dan hekk kif SpiceJet ma kinitx ħallset il-pagament dovut lill-Awtorità tal-Ajruporti tal-Indja. Il-kumpanija qalet li dan seħħ minħabba li s-sistema li tħallas dan il-pagament awtomatikament għal xi raġuni ma ħadmitx. 

Ekonomija

Sport