Monday, December 23, 2024

Passjoni u preċiżjoni twassal għar-raba’ jott Franċiż li jerbaħ ir-Rolex Middle Sea Race

Aqra wkoll

Ir-rebħ tat-trofew tar-Rolex Middle Sea Race huwa l-premju aħħari tat-tellieqa ta’ 606 mil nawtiku. Din is-sena,  is-sistema ta’ temp kumpless u li kien qed jinbidel ħafna kien jeħtieġ kemm passjoni kif ukoll preċiżjoni għall-jottijiet eliġibbli għat-trofew.

L-esibizzjoni ta’ passjoni u preċiżjoni mill-jott Franċiz ta’ Eric de Turckheim, Teasing Machine, ratu jiġi ddikjarat rebbieħ tat-43 Rolex Middle Sea Race organizzata mir-Royal Malta Yacht Club.

De Turckheim ħa sehem fis-seba’ Rolex Middle Sea Race tiegħu. Teasing Machine huwa r-raba’ jott Franċiż li rebaħ ir-Rolex Middle Sea Race wara l-passi ta’ Antares (1981), Spirit of Ad Hoc (2008) u Courrier Recommandé (2018).

Intant l-ewwel jott Malti Artie III ta’ Lee Satariano mistenni iktar tard illejla. Artie III jinsab xi 37 mil nawtiku ‘l barra mill-fliegu ta’ Kemmuna.

Ekonomija

Sport