Uffiċjali taż-żoo f’San Diego qegħdin jitolbu lil Guinness World Record biex jiddikjaraw lil “Pat” bħala l-ixjaħ ġurdien fid-dinja. Skont l-uffiċjali taż-żoo l-ġurdien għandu disa’ snin u sitt xhur.
Iż-żoo ta’ San Diego fl-Istati Uniti qal li l-ġurdien li kien isemma għal attur Patrick Stewart jista’ jitqies bħala l-aktar wieħed xiħ se jkollu ċelebrazzjoni fit-8 ta’ Frar li ġej u għal din l-attività se jattendu l-uffiċjali ta’ Guinness World Record.
Il-ġurdien hu tar-razza Pacific pocke li hi l-iżgħar razza ta’ ġrieden li hemm fit-Tramuntana tal-Amerika. Iż-żoo kien introduċa programm speċjali minħabba li dawn it-tip ta’ ġrieden kienu qed jinqerdu fid-dinja.
“Pat” twieled fil-faċilità taż-żoo stess wara li l-program speċjali biex ir-razza ta’ dan it-tip ta’ ġrieden tikber ħalliet l-ewwel frieħ. “Pat” kien twieled fit-12 ta’ Lulju tal-2013.
S’issa l-aktar ġurdien xiħ fid-dinja rreġistrat mill-Guinness World Records kien jismu “Fritzy” u kien miet fl-1985 fl-età ta’ seba’ snin u seba’ xhur.