Tuesday, May 14, 2024

Darts: Iż-żewġ timijiet tal-Ħamrun fl-ewwel post

Aqra wkoll

Ħamrun Education u Ħamrun Bayern A jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts hekk kif ħadu vantaġġ mit-telfa li sofrew il-leaders ta’ qabel Floriana Ajax A kontra Fgura Kenky.

Dan il-kampjonat jidher li se jkun wieħed missielet hekk kif erba’ timijiet qed jisfidaw għat-titlu u jinsabu mifrudin b’żewġ punti.

Ħamrun Bayern A għelbu lil Manchester Conquest Pub 6-2 filwaqt li Ħamrun Education iddominaw il-konfront kontra Ħamrun Bayern B 8-0.

Fgura Kenky issorprendew lil Floriana Ajax A filwaqt li rebħu 6-2. Sliema Inter Darts Club għelbu lil Top Gun Bar 7-1.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Birżebbuġa Lions għadhom fl-ewwel post u hu l-uniku tim bla telfa hekk kif għelbu lil Beland Żejtun 6-2. L-istess skor kisbu PO’s Bar li għelbu lil Cox Bar filwaqt li Floriana Ajax B għelbu lil Fgura Maypole 5-3.

Fil-kampjonat tat-tielet diviżjoni, Birgu Boċċi Club baqgħu għaddejjin bit-triq tar-rebħ hekk kif għelbu lil Żebbuġ Rangers 6-2. Skor identiku ġie reġistrat Żejtun Domus u Duke’s A li għelbu lil Duke’s B u Leah’s Bar rispettivament.

Sport