Monday, August 4, 2025

Pathfinder Digital Scholarship, pass lejn is-suċċess diġitali!

Aqra wkoll

Permezz tal-Pathfinder Digital Scholarship, l-MDIA qed tinvesti f’esperti diġitali ta’ għada. Aktar minn 60 borża ta’ studju saħħew il-karrieri fl-Artificial Intelligence, Digital Trust, Data Representation and Analysis, Technology for Sustainability and ESG, u oqsma teknoloġiċi ġodda oħra.

Studenti tal-Master’s jistgħu jirċievu sa €10,000, filwaqt li kandidati għall-PhD jistgħu jirċievu sa €20,000, li jkopru 80% tat-tagħlim, 100% tal-bench fees, flimkien ma’ allowance annwali ta’ €3,600.

Benjamin Joseph Spiteri, student li bbenifika mill-Pathfinder, ħoloq DAVE, chatbot innovattiv bl-AI li qed jgħin lill-istudenti tal-iskola primarja jżidu l-punteġġi tal-matematika b’medja ta’ 32%, b’titjib sa 60%! Grazzi għall-Pathfinder Digital Scholarship, appoġġjata mill-MDIA, Benjamin ġie ppremjat bil-“FreeHour Youth Award for Tech and Science Excellence” f’Malta.

Ingħaqad mas-suċċess diġitali ta’ Malta. Sir af aktar dwar il-Pathfinder Scholarship ➡️ https://mdia.gov.mt/services/pathfinder-digital-scholarship/

L-applikazzjonijiet jagħlqu fil-15 ta’ Awwissu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport