Il-Manager ta’ Crystal Palace, Patrick Vieira, kien involut fi ġlieda ma’ partitarju ta’ Everton waqt invażjoni fil-ground wara li t-Toffees dawru telfa f’rebħa biex salvaw mir-relegazzjoni tal-Premier League Ingliż.
Filmati televiżivi wrew li Vieira kien qed jiġi ttantat minn dan il-partitarju hekk kif dawk ta’ Everton daħlu fil-ground biex jifirħu bil-players tagħhom wara l-partita.
Il-coach Franċiż deher jagħti daqqa lill-partitarju qabel ma ġie mwaqqaf mill-partitarji.
“M’għandi xejn xi ngħid dwar dan,” qal Vieira meta mistoqsi dwar l-inċident waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tiegħu ta’ wara l-partita.
Però, Everton ressqu lment quddiem l-FA Ingliż dwar dan l-inċident.