Friday, May 17, 2024

Everton isalvaw posthom fil-Premier League Ingliż

Aqra wkoll

Everton salvaw posthom fil-Premier League Ingliż meta f’darhom irkupraw minn żvantaġġ ta’ żewġ goals biex għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-2.

B’din ir-rebħa, it-Toffees issa huma salvi bit-taqtigħa ta’ min jiġi relegat bejn Burnley u Leeds United biex jingħaqad ma’ Watford u Norwich li fl-istaġun li ġej se jilagħbu fiċ-Championship.

Il-Palace fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Jean-Philippe Mateta (21) u Jordan Ayew (36), iżda Michael Keane (54), Richarlison (75) u Dominic Clavert-Lewin (85) dawru riżultat għat-team immexxi mill-manager Frank Lampard.

B’hekk Everton se jibqgħu fl-ogħla diviżjoni għas-57 sena konsekuttiva.

Sport