It-tim pjuttost modest mill-Arġentina Patronato qed jikteb l-istorja tal-klabb fejn wara li elimina lil River Plate mit-tazza tal-pajjiż, il-lejl li għadda qata’ barra wkoll lil Boca Juniors fis-semifinali.
Wara skor ta’ 1-1 sal-ħin regolamentari, fil-ħin barrani ħadd ma skorja xi gowl u għalhekk il-logħba marret għal-lotterija tal-penalties b’Patronato li rebħu bil-gowlkiper tagħhom jilqa’ xuttijiet mill-11-il metru ta’ Romero, Varela u Villa.
Diversi partitarji ta’ Patronato ħarġu fit-toroq fl-Arġentina sabiex jiċċelebraw din il-kwalifikazzjoni storika hekk kif fil-finali se jkunu qed jilagħbu kontra Talleres Cordoba.