Wednesday, July 24, 2024

Paul Abela kkonfermat mill-ġdid bħala l-President tal-Kamra tal-SMEs

Aqra wkoll

Wara l-75 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kamra tal-SMEs li saret nhar fit-28 ta’ Marzu, il-kunsill tal-Kamra tal-SMEs iltaqa’ l-Erbgħa li għadda sabiex jeleġġi l-President u l-uffiċjali tiegħu.

F’din il-laqgħa, is-Sur Paul Abela reġa’ kien elett bħala President tal-Kamra Maltija tal-SMEs. Huwa rringrazzja lill-membri tal-Kunsill tal-fiduċja tagħhom biex eleġġewh sabiex iservi bħala President. Huwa rringrazzja wkoll lis-Sinjura Abigail Mamo bħala Kap Eżekuttiv u lit-tim tagħha għad-dedikazzjoni u l-ħidma fi ħdan il-Kamra tal-SMEs. Huwa qal li jħares ‘il quddiem għal sena oħra ta’ servizz għall-membri tagħhom.

Is-Sur Philip Fenech kien ikkonfermat bħala Deputat President u s-Sur Marcel Mizzi kien ikkonfermat bħala Uffiċjal – Finanzi u Amministrazzjoni.

Ekonomija

Sport