Monday, May 13, 2024

Niġerjan mixli bi frodi wara li rċieva €1,000 fil-kont bankarju

Aqra wkoll

Jolly Agbonmware ta’ 37 sena min-Niġerja, iżda residenti s-Siġġiewi tressaq b’arrest quddiem il-Qorti fejn ġie akkużat bi frodi u ħasil ta’ flus. Dan wara li fil-kont bankarju tiegħu ġew dopożitati €1,000.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih. Id-difiża quddiem il-Maġistrat Lara Landranco talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda din it-talba sabet l-oppożizzjoni tal-Prosekuzzjoni minħabba li l-akkużat m’għandux permess residenzjali f’pajjiżna.

Għal dan id-difiża qalet li għalkemm m’għandux permess residenzjali, hu għandu permess ta’ xogħol u anke għandu impjieg fiss.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li l-imputat jiffirma l-Għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ tliet darbiet fil-ġimgħa, jiddepożita s-somma ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €3,000.

Sport