Friday, August 21, 2026
Home Sport Paul Lapira jingħaqad ma’ Tarxien Rainbows

Paul Lapira jingħaqad ma’ Tarxien Rainbows

0
64

Tarxien Rainbows ħabbru lil Paul Lapira bħala wieħed mill-akkwisti l-ġodda tal-klabb. L-attakkant Malti se jkun qed jingħaqad magħhom għall-istaġun 2026/27.

Matul l-istaġun li għadda huwa kiseb il-promozzjoni miċ-Challenge League għall-Malta Premier ma’ Birżebbuġa St Peters, fejn rimarkabbli huwa l-fatt li din kienet proprju t-tieni promozzjoni konsekuttiva għalih, wara li fl-istaġun ta’ qabel, kien irnexxielu jilħaq dan it-tragward ma’ Valletta.

Huma awgurawlu kull suċċess u laqgħuh fil-familja Tarxiniza.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here