L-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ Juventus, Paul Pogba, irriżulta pożittiv għat-testosterone wkoll fil-kontro-analiżi li saret fuq it-tieni kampjun aktar kmieni din il-ġimgħa.
“Ma kontx naf dwar il-konferma, jiddispjaċini,” qal il-coach ta’ Juventus, Maximiliano Allegri, fil-konferenza stampa lejlet id-derby ta’ Turin, tas-Sibt kontra Torino.
“Qed nistennew dak li ġej, inutli nikkummentaw issa. Umanament, jiddispjaċini.”
Pogba kien irriżulta pożittiv għat-testosterone wara logħba barra minn darhom tas-Serie A kontra Udinese fl-20 ta’ Awwissu, li kien bħala sostitut mhux użat.
Ir-riżultati tat-test tad-doping fallut tiegħu ġew żvelati tliet ġimgħat ilu.
Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja t 2018 ġie sospiż u mhux qed jitħarreġ mal-kumplament tal-iskwadra.
F’Settembru, Pogba kien ħa l-kura medika waqt tournament fl-Istati Uniti mingħajr ma nnotifika lill-istaff mediku tagħhom.
Il-kuntratt tiegħu ta’ €7 miljuni fis-sena jiskadi f’Ġunju 2025, iżda Juventus jistgħu jtemmu l-ftehim jekk il-midfielder Franċiż jinstab ħati fi proċess sportiv.
Dan minbarra li jista’ jeħel sospensjoni ta’ erba’ snin.