Saturday, May 4, 2024

Żewġ nisa jweġġgħu gravi f’żewġ inċidenti tat-traffiku separati

Aqra wkoll

Żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku iktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 a.m., fi Triq D’Argens, l-Imsida. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li Żvediża ta’ 59 sena residenti l-Gżira, intlaqtet minn vettura tal-għamla Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti x-Xewkija (Għawdex).

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 a.m., fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid. Mill-istħarriġ li sar jidher li Taljana ta’ 37 sena residenti Wied il-Għajn, tilfet il-kontroll tal-mutur Sym li kienet qiegħda ssuq bil-konsegwenza li waqgħet minn fuqu.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport