Wednesday, April 24, 2024

Paul Pogba jiċħad li ġie offrut kuntratt ta’ £500,000 fil-ġimgħa mingħand Manchester United

Aqra wkoll

Paul Pogba ċaħad kwalunkwe rapport dwaru li ġie offrut kuntratt ta’ £500k fil-ġimgħa mingħand Manchester United.

Il-Franċiż, li bħalissa jinsab imweġġa’, jinsab fl-aħħar sitt xhur tal-kuntratt tiegħu, jiġifieri huwa liberu li jitkellem ma’ clubs oħra fl-Ewropa dwar ftehim ta’ qabel il-kuntratt.

Madankollu, kien hemm rapporti li r-Red Devils offrew lill-midfielder £500k fil-ġimgħa sabiex jibqa’ mal-club, iżda huwa kien pront u ċaħad dan.

“Biex jiġu ċċarati r-rapporti fil-media, jien ma ġejtx offrut kuntratt ġdid f’dawn l-aħħar xhur. Jien iffukat bis-sħiħ fuq l-irkupru tiegħi minn injury bil-għan li ngħin lit-team kemm jista’ jkun malajr,” qal Pogba.

Pogba għamel ir-ritorn tiegħu ma’ Manchester United fl-2016, bil-club mill-Premier jonfoq £89m biex iġibu lura, u minn dak il-żmien għamel 212-il dehra, u skorja 38 goal.

Ir-Red Devils jerġgħu lura fl-azzjoni nhar it-Tnejn fl-FA Cup meta jiltaqgħu ma’ Aston Villa, iżda l-Franċiż mhux se jkun disponibbli.

Sport