Il-midfielder ta’ Manchester United, Paul Pogba, irrifjuta ċ-ċans li jiffirma ma’ Manchester City dan is-sajf.
Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 se jkun qed jara l-kuntratt tiegħu f’Old Trafford jiskadi fi tmiem l-istaġun u issa huwa kważi ċert li se jħalli l-club meta jsir free agent.
Pogba x’aktarx lagħab l-aħħar logħba tiegħu mar-Red Devils minħabba injury fil-pexxul li sfurzatu jtemm ħesrem l-istaġun, iżda r-rekord tal-fitness tiegħu u l-forma irregolari ma qatgħux lil dawk il-clubs li potenzjalment jixtiequ jiffirmawh.
Juventus kienu marbutin b’mod qawwi ma’ offerta għall-ex player tagħhom, filwaqt li Real Madrid u Paris Saint-Germain huma wkoll lesti li jakkwistaw lill-internazzjonali Franċiż.
Madankollu, il-ġimgħa li għaddiet ħarġu rapporti tli Man City kienu qed jippjanaw offerta għal dan il-player ta’ 29 sena, biċ-champions tal-Premier League mistennija jċedu lil Fernandinho fi tmiem l-istaġun.
Pep Guardiola kien suppost identifika lil Pogba bħala l-player ideali biex jimla l-vojt tal-Brażiljan, iżda issa huwa mifhum li huwa rrifjuta ċ-ċans li jingħaqad mas-City.
Ronaldo irritorna ma’ United mingħand Juventus fis-sajf li għadda u jinsab taħt kuntratt mar-Red Devils sa Ġunju tal-2023.