Thursday, October 10, 2024

Paul Pogba ma’ Los Angeles FC?

Aqra wkoll

Hekk kif Paul Pogba se jkun qed jitlaq lil Juventus bi ftehim li wkoll jiġi rilaxxjat mill-kuntratt tiegħu, hemm diversi spekulazzjonijiet fejn jista’ jmur għalkemm l-aħħar aħbarijiet qed jgħidu li postu se jkun fil-Major League Soccer Amerikana ma’ LAFC.

Dan hu l-eks klabb ta’ Giorgio Chiellini fejn l-ewwel lagħab bħala plejer imbagħad bħala diriġent. Fil-fatt jista’ jkun hemm l-għajnuna ta’ Chiellini sabiex il-plejer ta’ 31 sena jsibha faċli li jwettaq dan it-trasferiment. Hemm se jsib eks-kollegi tiegħu Franċiżi bħal Hugo Lloris u Olivier Giroud. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport