Thursday, April 25, 2024

Paul Pogba mġiegħel jirtira mill-iskwadra ta’ Franza wara li weġġa’ koxxtu

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Manchester United, Paul Pogba ġie mġiegħel jirtira mill-iskwadra ta’ Franza wara li weġġa’ koxxtu.

Filmat li tpoġġa fuq il-media soċjali wera lill-player ta’ 28 sena joħroġ izappap barra mill-ground.

Issa, il-Federazzjoni Franċiża tal-Football ikkonfermat li Pogba tabilħaqq weġġa’ fil-koxxa tal-lemin tiegħu u mhux se jkun disponibbli għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 ta’ Novembru.

B’Pogba assenti, Didier Deschamps għażel li jsejjaħ lil Jordan Veretout ta’ Roma fl-iskwadra għall-partiti li jmiss tagħhom mal-Kazakhstan u l-Fillandja.

Is-severità tal-injury ta’ Pogba bħalissa mhix ċara, iżda jidher li qed jitqies bħala dubju għall-partita ta’ Man United ma’ Watford fl-20 ta’ Novembru wara l-waqfa internazzjonali.

Pogba pprovda seba’ assists minn 13-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun iżda għadu qed jiffaċċja futur inċert hekk kif jinsab fl-aħħar ftit xhur tal-ftehim tiegħu mar-Red Devils.

Sport