Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Paul Wanner fil-mira ta’ erba’ klabbs Ġermaniżi

Paul Wanner fil-mira ta’ erba’ klabbs Ġermaniżi

0
106

Il-plejer żagħżugħ proprjeta’ ta’ Bayern Munich iżda misluf lil FC Heidenheim Paul Wanner qed jinteressa bosta klabbs Ġermaniżi fejn fost l-oħrajn saqsew għalih Bayer Leverkusen, RB Leipzig, Eintracht Frankfurt u VFB Stuttgart.

Wanner għad għandu biss 18-il sena u jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd. Matul dan l-istaġun hu lagħab 13-il logħba ma’ FC Heidenheim u skorja żewġ gowls.