Il-Kowċ ta’ Sliema Wanderers, Paul Zammit, rebaħ l-unur tal-VBET Kowċ tax-Xahar għal April.
Taħt it-tmexxija tiegħu, Sliema gawdew minn sensiela impressjonanti ta’ riżultati matul ix-xahar imsemmi, fejn assiguraw rebħiet kontra Birkirkara, Floriana, u Mosta, filwaqt li kisbu wkoll draw siewi kontra Hamrun Spartans.
Il-premju ngħata fl-Istadium nazzjonali f’Ta’ Qali mir-rappreżentant tal-VBET, Adam Calleja, nhar il-Ħadd filgħaxija, eżatt qabel is-semi-finali tal-Final Four bejn Sliema Wanderers u Birkirkara.
Prosit lill-Kowċ Paul Zammit għat-tmexxija eċċezzjonali tiegħu dan l-istaġun, fejn mexxa lil Sliema b’determinazzjoni.