L-attakkant internazzjonali Arġentin, Paulo Dybala, offra lilu nnifsu lil Barcelona wara li temm il-kuntratt ma’ Juventus.
Kollox kien qed jindika li seta’ jingħaqad ma’ Inter iżda għadu xejn ma mmaterjalizza minħabba li n-Nerazzurri ffirmaw b’self lil Romelu Lukaku mingħand Chelsea.
Fil-frattemp, daħlu għalih AC Milan fejn bdew ukoll it- taħdidiet miegħu.
Dybala dejjem xtaq li jmur jilgħab fin-Nou Camp u ħa l-okkażjoni biex jingħaqad magħhom. Peró, il-Katalani mhux qed ifittxu player fil-pożizzjoni tiegħu u għaldaqstant it-talba tiegħu ġiet rifjutata.