Monday, May 13, 2024

Mhux rakkomandat għawm fil-bajja ta’ Fond Għadir minħabba żbroff ta’ drenaġġ

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li minħabba żbroff ta’ drenaġġ għal ġol-baħar fil-Bajja ta’ Fond Għadir, Sliema (taħt it- tarag), bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona.

L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess Direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:00 a.m sat-3:00 p.m jew jibgħat email fuq [email protected][email protected] u [email protected].

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Sport