Saturday, May 4, 2024

Il-Finlandja hija ppreparata jekk ir-Russja tiddeċiedi li tattakkaha

Aqra wkoll

Uffiċjal għoli fl-armata tal-Finlandja qal li pajjiżu ilu jipprepara snin f’każ li r-Russja tattakka u jinsab ippreprat li joffri difiża qalila jekk dan iseħħ. Il-Ġeneral Timo Kivinen qal li matul dawn l-aħħar snin il-Finlandja saħħet sostanzjal­ment il-qawwa militari tagħha, u apparti hekk il-poplu Finlandiż huwa motivat li jiġġieled f’każ ta’ din l-eventwalità.

Fis-snin 40, dan il-pajjiż iġġieled żewġ gwerer mal-ġar tiegħu r-Russja li flimkien għandhom fruntiera ta’ 1,300 kilometru. Dak li darba kien pajjiż non allineat, illum il-ġurnata l-Finlandja applikat biex tissieħeb fl-alleanza militari tan-NATO u dan kawża ta’ tħassib dwar l-azzjonijiet Russi fl-Ukrajna.  

Mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, il-Finlandja baqgħet fuq allert militari rigward ir-Russja u għalhekk hija tinsab preparata għal kull eventwalità.

Sport