Wednesday, April 24, 2024

Kontribuzzjoni finanzjarja minn VisitMalta għall-clubs li jirrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet Ewropej

Aqra wkoll

VisitMalta se tkun qed tisponsorja clubs li se jirrappreżentaw lil Malta fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA dan is-sajf, jiġifieri Hibernians, Floriana, Hamrun Spartans, Gzira United u t-team tan-nisa ta’ Birkirkara – b’għotja finanzjarja ta’ €10,000.

VisitMalta se tingħata exposyre fuq il-flokkijiet ta’ dawn it-timijiet hekk kif Hibernians jivvjaġġaw lejn l-Irlanda, Floriana jżuru l-Moldova, Hamrun Spartans jivvjaġġaw lejn l-Armenja u Gzira United imorru San Marino apparti Birkirkara li għadhom qed jistennew il-poloz tal-UEFA Women’s Champions League.

Id-dettalji ngħataw waqt konferenza stampa li kienet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u l-president tal-Malta FA Bjorn Vassallo.

Il-Ministru Clayton Bartolo qal li fl-aħħar snin, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu daħlet fi programm intensiv ta’ reklamar bil-għan li jattira aktar turisti lejn Malta. Żied jgħid li l-clubs li qed jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet Ewropej mhux biss qed jirrappreżentaw lilhom infushom iżda wkoll lil Malta.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA Carlo Micallef qal li din kienet waħda mill-inizjattivi tal-awtorità li tinvesti fl-isport sabiex tattira t-turiżmu matul is-sena kollha grazzi għall-kopertura tal-media li qed tingħata lill-isport fl-Ewropa u lil hinn. Micallef żied jgħid li l-MTA taħdem ħafna biex tospita diversi timijiet minn sports differenti għal training camps li matulhom igawdu s-sbuħija tal-pajjiż. Qal li bis-saħħa ta’ dan il-ftehim ma’ dawn il-clubs, VisitMalta tkun qed tikseb aktar exposure fil-media li hija ta’ importanza kbira għall-promozzjoni ta’ Malta u Għawdex bħala destinazzjoni ideali għat-turisti.

Il-president tal-Malta FA Bjorn Vassallo temm billi awgura suċċess lill-clubs lokali f’dawn il-kompetizzjoni billi jiksbu riżultati pożittivi.​

Sport