Friday, July 17, 2026
Home Sport Paulo Dybala joffri lilu nnifsu lil Barcelona

Paulo Dybala joffri lilu nnifsu lil Barcelona

0
685

L-attakkant internazzjonali Arġentin, Paulo Dybala, offra lilu nnifsu lil Barcelona wara li temm il-kuntratt ma’ Juventus. 

Kollox kien qed jindika li seta’ jingħaqad ma’ Inter iżda għadu xejn ma mmaterjalizza minħabba li n-Nerazzurri ffirmaw b’self lil Romelu Lukaku mingħand Chelsea. 

Fil-frattemp, daħlu għalih AC Milan fejn bdew ukoll it- taħdidiet miegħu. 

Dybala dejjem xtaq li jmur jilgħab fin-Nou Camp u ħa l-okkażjoni biex jingħaqad magħhom. Peró, il-Katalani mhux qed ifittxu player fil-pożizzjoni tiegħu u għaldaqstant it-talba tiegħu ġiet rifjutata.