Monday, December 23, 2024

Paulo Dybala ma’ Liverpool?

Aqra wkoll

Rapporti qed isostnu li Liverpool qed jippreparaw offerta għal Paulo Dybala jekk iħalli lil Juventus bħala aġent ħieles fis-sajf li ġej, għalkemm Inter jibqgħu l-favoriti.

Il-wasla ta’ Dusan Vlahovic għal €75m inklużi bonuses minn Fiorentina tqajjem mistoqsijiet enormi dwar il-futur tal-attakkant Arġentin.

Il-kuntratt attwali ta’ Dybala jiskadi fit-30 ta’ Ġunju u kien intlaħaq ftehim għal kuntratt ġdid b’valur ta’ €10 miljun kull staġun iżda Juventus f’daqqa waħda pposponew in-negozjati.

L-attakkant għamilha ċara li ma kienx kuntent bid-deċiżjoni, ħass li ma kienx hemm aktar fiduċja fih u l-klabb qed iħejji biex jirtira s-salarju miftiehem minflok joffri ċifra ftit aktar baxxa.

Konxji minn dan il-fatt, Liverpool jinsabu lesti li joffrulu kuntratt u hekk kif jinsab fl-aħħar xhur biex jinħall minn mal-Bianconeri, Liverpool jistgħu teknikament jibdew negozjati mal-ex player ta’ Palermo.

Huwa rrappurtat li Dybala huwa favur id-destinazzjoni lejn Liverpool, wara li rrifjuta lil Tottenham Hotspur.

Madankollu, Inter jibqgħu l-favoriti hekk kif teżisti possibbiltá li jista’ jingħaqad mal-ex direttur ta’ Juventus Beppe Marotta u jkompli l-karriera tiegħu fis-Serie A.

Ekonomija

Sport