L-attakkant internazzjonali Arġentin, Paulo Dybala, li temm il-karriera tiegħu ma’ Juventus wara li ma ntlaħaqx ftehim biex jiġġedded il-kuntratt, ħabbar li se jagħżel lil Inter hekk kif huwa player ħieles.
Dybala, li għandu 28 sena, kien ilu seba’ snin ma’ Juventus u ttama li jkompli jilgħab fl-Allianz Stadium … iżda sellem lill-partitarji Bianconeri fl-aħħar partita f’darhom fid-draw ta’ 2-2 kontra Lazio.
Minkejja li bosta clubs madwar l-Ewropa qed jiġru wara l-firma tiegħu, huwa ħabbar li lest jieħu tnaqqis fil-paga biex jingħaqad man-Nerazzurri …. li huwma r-rivali eterni ta’ Juventus.
Min jaf kif se jeħduha l-partitarji?