Monday, September 23, 2024

Paulo Dybala se jingħaqad ma’ Al Qadsiah

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Rom, Paulo Dybala, se jkun qed jingħaqad ma’ Al Qadsiah fl-Arabja Sawdija. Dawn tal-aħħar għadhom kemm ġew promossi fis-Saudi Pro League u qed jinvestu fi plejers ta’ isem biex ikollhom kampjonat diċenti apparti li jsalvaw posthom mal-kbar.

Dybala se jkun qed jaqla’ €75 miljun fi tliet staġuni bil-plejer li għall-bidu kien xettiku b’dan it-trasferiment u li iżda donnhom dan l-ammont ta’ flus biddillu fehmtu.

Dybala għandu 30 sena u fil-passat lagħab ukoll ma’ Instituto, Palermo u Juventus.

Sport