Malta ttellgħet fi Grupp C fir-round preliminari tal-Kampjonat Ewropew tal-Futsal tal-Under 19, flimkien mal-Ġermanja, il-Maċedonja, u l-Iżrael.
Malta se tospita l-logħbiet ta’ Grupp C f’pajjiżna bejn id-19 u l-24 ta’ Jannar 2027.
Jekk Malta tirbaħ il-grupp, tikkwalifika għall-Grupp 6 tal-Main Round fejn tiltaqa’ mal-Portugall, il-Polonja u l-Ingilterra.
Il-fażi finali se ssir fil-Kazakhstan bejn is-26 ta’ Settembru u t-3 ta’ Ottubru 2027.




