Saturday, October 3, 2026
Home Sport Kimi Antonelli l-aktar veloċi fit-tielet sessjoni tal-provi liberi fil-GP tal-Bahrain

Kimi Antonelli l-aktar veloċi fit-tielet sessjoni tal-provi liberi fil-GP tal-Bahrain

0
55

Kimi Antonelli, il-leader tal-klassifika tal-Kampjonat tal-Formula 1, kiseb l-aħjar ħin għat-team tal-Mercedes fit-tielet u l-aħħar sessjoni ta’ provi liberi qabel il-Grand Prix tal-Bahrain fil-Malasja. 

It-Taljan ta’ 20 sena għamel dawra veloċi fl-aħħar minuti f’ħin ta’ 1:36.302, u spiċċa 0.278 sekondi quddiem Max Verstappen, filwaqt li Isack Hadjar temm it-tielet.

George Russell kien fir-raba’ post, segwit minn Charles Leclerc u Lewis Hamilton. Iċ-champion tad-dinja Lando Norris spiċċa fis-seba’ post, quddiem sieħbu Oscar Piastri. Franco Colapinto kien id-disa’ għall-Alpine, minkejja li għandu penalitá ta’ 15-il post fuq il-grid għat-tellieqa tal-Ħadd, filwaqt li Arvid Lindblad kien fl-għaxar post.

Is-sessjoni kienet prinċipalment iffukata fuq l-evalwazzjoni u l-preservazzjoni tat-tyres f’kundizzjonijiet sħan u umdi. Kien hemm ukoll waqfa ta’ tliet minuti minħabba bandiera ħamra wara li l-Haas ta’ Oliver Bearman tilef parti mill-protezzjoni tal-brejkijiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here